Lejl 30 (Stħajjel)

Ħadt pjaċir ħafna naqra mill-poeżiji tal-Erbgħin Jum għand il-Bongo Nyah il-Ħamis li għadda, speċjalment bil-kumpanija u l-kuraġġ ta’ Adolf, Alex u z-Zizza jdoqqu warajja. Apparti t-tema fil-bidu ta’ kull taqsima u l-bażi ta’ Lejl 34 (il-poeżija ta’ Ġesù u t-tentazzjoni), il-mużika kienet kollha improvizzata, u d-dinamika ta’ bejniethom sabiħa wisq. Daqqew ħafna aħjar milli diġà kien imwiegħed miż-żewġ …