ERBGĦIN JUM Tnedija tal-ktieb il-ġdid ta’ Antoine Cassar Mużika ta’ Adolf Formosa, Alex Vella Gera u Mark Abela Is-Sibt 30 ta’ Diċembru, 7 pm @ Studio Solipsis Pubblikazzjoni ta’ Ede Books Illustrazzjonijiet: Steven Scicluna Disinn: Marco Scerri Editjar: Immanuel Mifsud Il-mixi. Attività primordjali tal-bniedem, li kulma jmur qiegħda ssir dejjem iktar eżotika, għad-detriment ta’ saħħitna …
Tag Archives: poeżija
Lejl 30 (Stħajjel)
Ħadt pjaċir ħafna naqra mill-poeżiji tal-Erbgħin Jum għand il-Bongo Nyah il-Ħamis li għadda, speċjalment bil-kumpanija u l-kuraġġ ta’ Adolf, Alex u z-Zizza jdoqqu warajja. Apparti t-tema fil-bidu ta’ kull taqsima u l-bażi ta’ Lejl 34 (il-poeżija ta’ Ġesù u t-tentazzjoni), il-mużika kienet kollha improvizzata, u d-dinamika ta’ bejniethom sabiħa wisq. Daqqew ħafna aħjar milli diġà kien imwiegħed miż-żewġ …
Għal għonq it-triq #10: Mark Strand
Strand mhuwiex fost il-poeti favoriti tiegħi – l-istil tiegħu filli jinħass iddilwit, u filli wisq klawstrofobiku. Madankollu, it-tiftix ta’ bilanċ bejniethom insibu interessanti, u dan l-aħħar sirt napprezzah aktar. Xlewh fuq li xlewh, u xahar wara mewtu għadhom jixluh sal-lum, b’li kien jikteb poeżija “skura wisq”. Dil-ħaġa tissorprendini, u tħassibni. Ma nafx qattx smajt lil xi ħadd igorr għax …