Għal għonq it-triq #2: Carla Pravisani

  Carla Pravisani ltqajt magħha bil-ħatfa (għal 20 sekonda? nofs minuta?) fil-festival tal-poeżija ta’ Granada, in-Nikaragwa, waqt li konna qegħdin nistennew – flimkien mal-150 poeta oħra mistednin – il-minibuses li kienu se jeħduna fi rħula differenti tal-madwar, għal qari fi skejjel, pjazez, libreriji, saħansitra fi kwartieri tal-pulizija. (Fil-każ tiegħi, flok raħal – kif forsi xtaq …