Għal għonq it-triq #4: Xifer xi jkun?, ta’ Marko Pogačar

Marko Pogačar, poeta żagħżugħ mill-Kroazja, ma nafux minn Adam, u qatt ma ltqajt miegħu. Smajtu jissemma ta’ spiss, fost l-oħrajn minn ħabibti Yolanda Castaño, awtriċi mill-Galicia, li faħħret kemm-il darba l-poeżija tiegħu. U nifhem għalfejn: għax makabra mod ieħor, b’allegorija li tibqa’ aktar sottili milli tidher anki meta toqrob lejn l-estremi, u b’sens akut ta’ …