Għal għonq it-triq #7: Jack Hirschman

Illum, it-13 ta’ Diċembru, il-poeta Jack Hirschman jagħlaq 80 sena. Tmenin, u għaddej ġmielu! Nistħajlu n-nannu Whitman. Bħalu, minn New York, u beda minn Paumanok. Bħalu, ta’ spirtu wiesa’, iħaddan id-dinja mingħajr ma jifgaha. Bħalu, poeta minn dawk fejn il-jien mhuwiex il-jien ta’ wieħed, iżda ta’ ħafna, eluf, fuq il-paġna u lil hinn minnha. Darba …

Għal għonq it-triq #6: Vrus għal fuq l-irħama, ta’ Philip Larkin

Iċ-ċelebri poeżija ta’ Philip Larkin; waħda minn dawk għal meta jkollok taqla’ balla minn fuq l-istonku. Issa li qlibtha, niżżi ħajr lil Larkin, u nistqarr miegħu li, għalkemm spiss naqbel mas-sentiment, ma naqbilx mal-v. 6, u lanqas mal-konklużjoni. It-titlu oriġinali, This Be The Verse, hija allużjoni ironika għal strofa mill-poeżija Requiem ta’ Robert Louis Stevenson, b’epitaffju: …

Għal għonq it-triq #5: Maħbubin fuq Aran, ta’ Seamus Heaney

Seamus Heaney mhux poeta faċli. Għal żmien twil, iktar apprezzajt il-lekċers tiegħu milli vrusu. L-istess fir-rigward ta’ Borges, sal-lum. Ħa nkun onest: sa ftit ilu, il-poeżija ta’ Heaney kont inħossha sfiqa, iffullata wisq, b’lingwaġġ tant irfinut li, flok iqarribni lejn id-dinja naturali mpinġija minnu, kont inħoss li jbegħidni, li jżommni barra flok jistedinni nidħol. Heaney …