Insejt meta ltqajt mal-versi ta’ Walcott għall-ewwel darba. Li niftakar żgur, jien u miexi f’Berlin fir-rebbiegħa tal-2008, sibt edizzjoni bilingwi, bellezza, tal-ġabra The Prodigal fil-ħanut tal-Haus der Kulturen den Welt. Ktieb li żammli kumpanija għal tliet ijiem, jitma’ u jtuq dik il-malinkonija ħelwa tal-vjaġġ solitarju f’belt ġdida u fi lsien ġdid. Illum lil Walcott nammirah …
Tag Archives: translation
Għal għonq it-triq #8: Tama għall-imġewħin, ta’ Caroline Davies
Il-qari ta’ Immanuel Mifsud fix-xelter ta’ Ħ’Attard – idea mill-isbaħ, fejn spazju maħkum mill-biża’ jimtela bl-affermazzjoni u s-saħħa li taf tagħti l-poeżija – fakkarni fi ktieb li rċevejt m’ilux, mingħand Caroline Davies, poetessa minn Wales. Convoy hija ġabra ta’ poeżiji li tirrakkonta l-esperjenzi ta’ nannuha, James ‘Jim’ Honeybill, li kien baħħâr fuq l-MV Ajax, wieħed …
Għal għonq it-triq #7: Jack Hirschman
Illum, it-13 ta’ Diċembru, il-poeta Jack Hirschman jagħlaq 80 sena. Tmenin, u għaddej ġmielu! Nistħajlu n-nannu Whitman. Bħalu, minn New York, u beda minn Paumanok. Bħalu, ta’ spirtu wiesa’, iħaddan id-dinja mingħajr ma jifgaha. Bħalu, poeta minn dawk fejn il-jien mhuwiex il-jien ta’ wieħed, iżda ta’ ħafna, eluf, fuq il-paġna u lil hinn minnha. Darba …